Kultura Lokali Mużika

Il-Banda Beland taż-Żejtun f’Ruma u l-Vatikan

Bħalissa l-Banda Beland taż-Żejtun qegħda fuq ir-raba safra fl-istorja tagħha, din id-darba f’Ruma u l-Belt tal-Vatikan.

Fuq stedina tal-Eċċellenza tagħha l-Ambaxxatriċi ta’ Malta f’Ruma Vanessa Frazier il-Banda ser tkun qed tirrapreżenta t-talent mużikali Malti billi teżegwixxi programm taħt id-direzzjoni ta’ Mro Ray Sciberras, fil-konservatorju prestiġjuż Conservatorio Santa Cecilia ġewwa Ruma it-Tlieta 10 ta’ Settembru.

Il-Banda ser tkun ukoll qed tesegwixxi Marċ ġewwa l-Vatikan segwit minn udjenza mal-Qdusija tiegħu il-Papa Franġisku fejn ser ikollha wkoll iċ-ċans li tiltaqa’ mal-Papa, bil-koordinazzjoni tal-Ambaxxatur ta’ Malta fil-Vatikan l-Eċċellenza tiegħu Frank Żammit.