Il-Korea ta’ Fuq komunista qalet li lesta terġa’ tibda taħditiet ta’ denuklearizzazzjoni mal-Istati Uniti aktar ’il quddiem dan ix-xahar.
Il-Viċi-Ministru Korean għall-Affarijiet Barranin, Choe Son-hui, tenna li r-reġim fi Pyongyang lest ikompli bid-diskussjonijiet ‘komprensivi’ f’ċirkustanzi li jridu jaqblu dwarhom iż-żewġ naħat.
Intant, l-iżvilupp kien ikkonfermat wara li s-Segretarju tal-Istat Amerikan, Mike Pompeo, esprima tamiet li setgħu jkomplu t-taħditiet mal-Korea ta’ Fuq.
Madankollu, sigħat wara l-kummenti ta’ Choe, il-Korea ta’ Fuq ikkonkludiet il-provi għal żewġ missili oħra għal fuq id-distanzi qosra, bħala l-aħħar eżerċizzju f’sensiela ta’ provi simili li qed iqanqlu l-ansjetà fil-kontinent tal-Asja u ‘il hinn minnu.
//= $special ?>