Fi stqarrija il-Partit Nazzjonalista nnota li Helena Dalli ngħatat il-portafoll tal-ugwaljanza, u jirriafferma l-impenn tiegħu biex Helena Dalli tgħaddi mill-iskrutinju tal-Membri Parlamentari Ewopej sabiex tkun konfermata bħala Kummissarju.
Il-Partit Nazzjonalista qed jagħmel dan fl-interess Nazzjonali. u jinnota li sal-lum ma saret l-ebda konsultazzjoni ma’ l-Oppożizzjoni dwar din il-materja.
Filwaqt li saru passi ‘l quddiem f’dan il-qasam, fadal ħafna xi jsir, u għalhekk li l-Partit Nazzjonalista, permezz ta’ working group li ħatar, qiegħed u ilu jaħdem biex isaħħaħ l-involviment tal-mara fil-politika u fil-ħajja pubblika.
Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ b’sodisfazzjon il-mira li l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida ikollha bilanċ bejn ir-rapprezentanti rġiel u nisa.
//= $special ?>