Internazzjonali

Is-sitt telfa għal Johnson f’sitt ijiem

Ritratt: Business Insider

0Is-sitt telfa konsekuttiva fil-Parlament għal Boris Johnson, u t-tieni darba li ġie megħlub  vot biex tissejjaħ elezzjoni ġenerali bikrija hekk kif il-Parlament Ingliz issa jinsab sospiż għal 5 ġimghat.

Kienu 293 il-Membri Parlamentari li vvutaw favur il-mozzjoni tal-Prim Ministru Ingliz għal elezzjoni bikrija – ferm anqa minn numru meħtieġ biex tgħaddi l-mozzjoni li kienet tieħu lill-ingilterra għal elezzjoni qabel il-waqt.

Aktar kmieni, membri  tal-Oppożizzjoni kienu ddikjaraw li ma kienux se jivvutaw favur il-mozzjoni u insistew dwar il-ħtieġa ta’ liġi li twaqqaf Brexit bla ftehim l-ewwel u qabel kollox.

Il-Parlament  Ingliż issa mistenni jerġa jiftaħ fl-14 ta’ Ottubru.

Intant grupp ta’ Backbenchers mill-Partit Laburista pprotestaw kontra din is-sospensjoni tal-Parlament u hekk kif l-ispeaker tal-Kamra John Bercow mexxa purċissjoni ta’ Membri Parlamentari lejn il-House of Lords bħala simbolu tas-sospensjoni tal-Parlament, uħud dehru jġorru posters bil-kelma “imsikket”.

Aktar kmieni, Bercow kien ħabbar ir-rizenja tiegħu.