M’hemmx dubju li l-ekonomija Maltija hija maqsuma minn nofs. L-anzjani għandhom bżonn għajnuna finanzjarja akbar biex ilaħħqu mal-ħajja ta’kuljum, iżda mhux biss. Anke l-klassi medja qed tbati u għandha bzonn l-għajnuna.
L-editorjal tal-Malta Independent jitkellem dwar qasma qawwija u evidentii bejn min qed ibati u min qed igawdi ħafna, bħal per eżmpju fil-pagi għal xogħlijiet differenti. Din il-qasma tidher ngħidu aħna bejn min jaħdem fil-gaming, u min hu għalliem jew infermier.
Żbilanċ li l-editorjal jgħid qed jagħmilha diffiċli għal dawn tal-aħħar biex jgħixu ħajja komda, anke meta wieħed iqis iż-żidiet fi preżżijiet ta’ affarijiet bażiċi bħall-ħalib, il-fuel u naturalment il-prezzijiet tal-propjetà.
L-editorjal jgħid li din is-sitwazzjoni qed twassal biex ħafna impjegati f’dawn ix-xogħlijiet qed jitilqu u kif ukoll għall tnaqqis f’dawk li qed jidħlu għal dawn l-istess karrieri. Xi ħaġa li qed nixhduha hekk kif hu evidenti li għandna problemi kbar kemm fil-qasam tas-saħħa, kif ukoll fl-edukazzjoni.
Problema li l-Gvern qed jipprova jsolviha bil-ħaddiema barranin, ħafna minnhom mhux Ewropej, kemm fis-saħħa, kif ukoll issa fil-qasam tal-Edukazzjoni.
Dwar il-propjetà, l-editorjal jgħid li l-Gvern ma jistax ikompli jħalli lil ftit żviluppaturi li għaddejin romblu fuq il-pajjiż sħiħ, jibqgħu sejrin hekk.
Kritika wkoll il-fatt li Joseph Muscat naqas milli jżomm il-wegħdiet li ilu jagħeml is-snin issa. Jiġifieri dik li jagħti prijorità lill-ambjent. Wegħda li qed jerġa jagħmel hekk kif il-Ħadd li għadda qal li l-budget se jissalvagwardja l-ambjent.
L-editorjali jgħid lill-Prim Ministru biex veramennt ipoġġi flus il-poplu fejn hemm bżonn.
Kritika oħra li saret kienet dwar il-kwalità baxxa ta’ turisti li jżuru pajjizna u dwar nuqqas ta’ miżuri biex jinċentiva żgħażagħ jidħlu għal karrieri fejn hemm l-aktar ħtieġa. Jgħid li jekk l-ekonomija f’pajjiżna tibda tmajna, u jibdew jitilqu l-ħaddiema barranin, dawn se jħallu vojt fl-oqsma li jeħtieġu għadd kbir ta’ ħaddiema.
L-Editorjal jagħlaq bl-istqarrija li minkejja li ilna nisimgħu li l-ekonomija ta’ pajjiżna sejra tajjeb, l-istat preżenti ta’ Malta żgur li mhuwiex wieħed tajjeb.
//= $special ?>