Il-verdett fil-ġuri dwar stupru, fejn żewġt irġiel jinsabu akkużati b’dan ir-reat fil-konfront ta’ mara Taljana, mistenni l-Erbgħa, 11 ta’ Settembru wara li l-Imħallef Giovanni Griscti, li beda l-indirizz tiegħu lill-ġurati t-Tlieta filgħodu, u li mistenni jtemmu l-Erbgħa stess.
Emmanuel Ngumezi, Niġerjan ta’ 39 sena u Seydon Bandango ta’ 38 sena, minn Burkina Faso qed jiġu akkużati li ħatfu mara Taljana mill-bajja ta’ San Ġorġ, daħluha f’karozza u saqu lejn Pembroke fejn allegatament stuprawha.
Huma qegħdin jiġu akkużati kemm bi stupru kif ukoll li żammew persuna kontra l-volontà tagħha. L-Imħallef Griscti beda l-indirizz tiegħu t-Tlieta filgħodu għall-ħabta tal-11.30 u wara waqfa għal ikel, kompla fit-3.00 p.m. u baqa’ sejjer sas-6.00 p.m.
Fl-indirizz huwa fiehem lill-ġurati t-termini tal-liġi u dwar x’għandhom jiflu u jiskartaw, wara jibgħathom jiddeliberaw, issa għandu jkompli bl-indirizz tiegħu l-Erbgħa għall-ħabta tad-9.00 a.m. u madwar siegħa u nofs wara jibgħat lid-disa’ ġurati, sitt irġiel u tliet nisa biex jiddelibaraw il-każ, bil-verdett mistenni f’xi ħin wara nofs inhar jew filgħaxija.
Skont rapporti fuq kif ġara l-każ, il-Pulizija kienu marru fuq il-post wara li sar rapport u sabu tfajla titlob għall-għajnuna b’raġel bla ħwejjeġ minn qaddu ‘l isfel f’karozza, kif ukoll raġel ieħor barra li ħarab u nqabad aktar tard. Kien ingħad ukoll li kien hemm min sema’ lit-tfajla tgħajjat għal għajnuna.
L-Erbgħa dan il-ġuri jkun għalaq ġimgħa u ta’ min jgħid ukoll li s-Sibt li għadda l-Qorti baqgħet għaddejja tisma’ x-xhieda dwar il-każ fejn bdew fid-9.00 a.m u baqgħu sejrin sal-5.00 p.m.
L-avukati Anne Marie Cutajar u Nadia Attard qed jidhru għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-avukati Charmaine Cherrett u Simon Micallef Stafrace qed jidhru f’isem l-akkużat. Filwaqt li l-avukat Arthur Azzopari qed jidher għall-parte civile. L-Imħallef Giovanni Grixti qed imexxi dan il-ġuri.
Il-Prosekuzzjoni li qed tmexxi l-ġuri taż-żewġ irġiel għalqet il-provi tagħha biex bid-difiża tirribatti għalih ftit wara fejn aktar qabel għamlet ukoll diversi domandi lill-allegata vittma.
Il-prosekuzzjoni f’dan il-ġuri qed titmexxa mill-Avukati Anne Marie Cutajar u Nadia Attard mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali waqt li l-Avukati Simon Micallef Stafrace u Charmaine Cherrett qed jiddefendu lill-akkużati.
L-Avukat Arthur Azzopardi qed jidher bħala r-rappreżentant legali tal-familja tat-Taljana rigward dan il-każ li kien investigat mill-Ispetturi Trevor Micallef u Elton Taliana.
//= $special ?>