Talanqas 30 persuna tilfu ħajjithom waqt ir-rassa u l-kaos li nqalgħu matul il-kommemorazzjoni tal-jum qaddis ta’ Ashura ( meqjum mill-Musulmani Xija) fil-belt ta’ Karbala.
Kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa Iraqi qalu, intant, li madwar mija oħra sfaw midruba u li ċ-ċifra tal-mejtin għandha titla.
It-traġedja seħħet wara li wieħed mid-devoti f’Kerbala tilef il-bilanċ u waqa’ mal-art, waqt li mijiet ta’ eluf oħra kienu għaddejjin minn ritwal u fejn irriżultaw xeni ta’ paniku u konfużjoni assoluta.
Il-Jum ta’ Ashura ifakkar il-qtil, waqt battalja, tal-Imam Hussein, neputi tal-Profeta Mohamed ( il-fundatur tal-Islam) fis-sena 680 AD
//= $special ?>