Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump keċċa lil John Bolton minn Konsulent Nazzjonali dwar is-Sigurtà fejn infurmah direttament li ‘ma kellux bżonn aktar tas-servizzi tiegħu’.
Trump kiteb li hu u John Bolton kellhom diżgwid profond dwar ħafna mis-suġġerimenti tal-istess Bolton waqt li kkonferma li l-ħatra ta’ konsulent ġdid dwar is-sigurtà għandha ssir il-ġimgħa d-dieħla.
It-tkeċċija tidher li seħħet wara li Bolton argumenta ma’ Trump dwar it-taħditiet għall-paċi tal-Istati Uniti mal-militanti Talibani fl-Afganistan. Dan waqt li s-Segretarju Stampa tal-White House, Stephanie Grisham, qalet lill-ġurnalisti li ‘il-President (Trump) ma jogħġbuhx ħafna mill-policies ta’ John Bolton li ta’ spiss kellu d-differenzi miegħu’.
John Bolton kien ilu Konsulent Nazzjonali dwar is-Sigurtà minn April tal-2018. Hu, fil-fatt, kien it-tielet uffiċjal (maħtur minn Trump) f’dan ir-rwol wara Michael Flynn u HR McMaster.
//= $special ?>