Sport Waterpolo

Sliema ASC jikkjarifikaw li l-għażla tar-referees hi responsabbiltà tal-ASA

(Ritratt: Matthew Tabone)

Sliema ASC wieġbu bi kjarifika għall-istqarrija maħruġa mill-Malta Waterpolo Referees Association li r-referees Maltin mhux se jikkontrollaw logħbiet ta’ Sliema. Fi stqarrija ffirmata mill-President tal-klabb Frank Testa u s-Segretarju Christian Saliba, Sliema qalu li l-ħatriet tar-referees hi għażla strettament responsabbli tal-ASA u l-ebda klabb ma jkun irċieva komunikat qabel il-logħba dwar min se jkunu r-referees.

Huma komplew li r-rikjesta tagħhom li l-logħba tas-Sibt tkun ikkontrollata minn żewġ referees Taljani, kienet ibbażata biss fuq preżentazzjoni ta’ statistika. B’din id-deċiżjoni tal-assoċjazzjoni Maltija tar-referees, il-logħbiet tal-bieraħ ta’ Sliema kontra Neptunes ta’ taħt l-20 sena kif ukoll dik tal-lum kontra Sirens ta’ taħt is-17-il sena kienu sa issa posposti.

Tags