Futbol Sport

St. Andrews b’mira li jkunu fost il-protagonisti fl-Ewwel Diviżjoni

St. Andrews se jkunu qed jimmiraw li jkunu mat-timijiet ta’ fuq b’ċans ukoll li jisfidaw biex jirbħu l-promozzjoni. L-istaġun li għadda, St. Andrews salvaw parzjalment fil-Kampjonat Premier iżda kienu relegati wara li tilfu l-play-off kontra Santa Lucia biex tilfu posthom fl-ogħla diviżjoni.

F’dan l-istaġun, it-tim se jkun immexxi mill-eks plejer tal-klabb Brian Said bl-assistenza tal-captain tat-tim Joseph Farrugia, li baqa’ mal-klabb minkejja li kien relegati. Hu se jservi wkoll ta’ gwida għal tim li se jkun magħmul minn plejers żgħażagħ u oħrajn li għandhom l-esperjenza.

Il-barranin li temmew l-istaġun mal-klabb is-sena l-oħra, baqgħu mal-klabb filwaqt li żdied Marco Potezika li fost it-timijiet li lagħab magħhom f’pajjiżna, kellu esperjenza fil-Kampjonat Premier ma’ Sliema Wanderers.

Fost l-akkwisti, St. Andrews akkwistaw lill-veteran Ian Azzopardi flimkien mal-plejer ta’ esperjenza Matthew Bartolo, il-gowlkiper Nicholas Grima, kif ukoll Luke Borg, Gary Muscat, Clive Psaila u Dean Xuereb mingħand Sliema. Irritornaw mal-klabb, Nick Bradshaw, William Camilleri u Daniel Curmi.