Ambjent Għawdex Lokali

FIX-XLENDI: “L-għasafar għamlu sigħat itiru għax ma sabux kenn”

L-aħbar li żvela Net News dwar il-massakru tas-siġar fil-bajja tax-Xlendi ħolqot rabja kbira fost l-Għawdxin għaliex ħafna qatt ma stennew li din ix-xorti kerha issa kienet se tmiss lilhom, wara d-diversi każi li kellna f’Malta.

Filmat li tpoġġa’ fuq Facebook juri l-mument meta tard wara nofsinhar numru kbir ta’ għasafar dehru jittajru fiz-zona fejn kien hemm dawn is-siġar maturi – sakemm l-istess għasafar indunaw li l-ambjent tagħhom kien inqered, u spiċċaw itiru fl-istess post għal sigħat twal.

Li jaffaxxinak f’din l-istorja hu l-mod li bih l-awtoritajiet qed jippruvaw ipinġu stampa bħal donnu xejn mhu xejn.

Nies qrib il-Ministeru ta’ Justyne Caruana qed iwaħħlu fil-masterplan għax-Xlendi, filwaqt li oħrajn qed iġibu l-iskuża li dawn is-siġar se jiċċaqalqu post ieħor.