Basketball Sport

Iċ-champions tad-dinja l-Istati Uniti eliminati minn Franza

(Ritratt: EPA)

Iċ-champions tad-dinja l-Istati Uniti sofrew eliminazzjoni sorpriża ta’ 89-79 kontra Franza fil-kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni li qed issir fiċ-Ċina. L-Amerikani rebħu l-aħħar żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja u kienu ilhom 58 logħba internazzjonali bla telfa, sensiela li bdiet lura fl-2006.

Franza kienet 51- 41 minn fuq fit-tielet perjodu sakemm l-Istati Uniti marret 72-65 fil-vantaġġ, iżda l-Franċiżi wettqu reazzjoni biex issieltu u kisbu r-rebħa. Evan Fournier kiseb 22 punt filwaqt li Ruby Gobert spiċċa b’21 punt.

Franza tilgħab kontra l-Arġentina fis-semifinali li tintlagħab il-Ġimgħa filwaqt li Spanja tilgħab kontra l-Awstralja fis-semifinali l-oħra. L-Arġentina 97-87 kontra s-Serbja, Spanja rebħet 90-78 kontra l-Polonja u l-Awstralja rebħet kontra r-Repubblika Ċeka 82-70.

Din hi l-ewwel darba li l-Istati Uniti naqset li tirbaħ midalja mit-Tazza tad-Dinja tal-2002 meta dakinhar kienu spiċċat fis-sitt post. Minbarra li rebħu l-aħħar żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja, l-Amerikani rebħu l-aħħar tliet titli Olimpiċi.