Lokali

Ikomplu l-attivitajiet tal-Indipendenza permezz ta’ mixja u ġirja

Ikomplu l-attivitajiet bi preparazzjoni għall-festi tal-Indipendenza hekk kif l-Erbgħa filgħaxija saret il-mixja u ġirja tradizzjonali organizzata minn Tim Sport Partit Nazzjonalista. Avveniment li issa daħal fis-7 sena tiegħu.

Kemm il-ġirja u anke l-mixja bdew għall-ħabta tas-6 ta’ filgħaxija minn ħdejn il-Monument tal-Indipendenza fil-Furjana u għaddiet mad-dawra tal-Belt Kapitali filwaqt li spiċċat il-Valletta Waterfront … attività li kienet tinvolvi ħafna preparazzjonijiet.

Għal din l-attività pparteċipaw ukoll diversi deputati tal-Partit, u l-Viċi Kap tal-PN David Agius, u l-Kelliem għall-Oppożizzjoni dwar l-Isport, Ryan Callus.

Minn naħa ta’ Tim Sport Partit Nazzjonalista se jsiru iktar attivitajiet fil-jiem li ġejjin, bħal wirja taż-żwiemel u tberik tal-annimali il-Ħadd illi ġej.

Dawn huma parti mill-kalendarju ta’ attivitajiet organizzati mill-Partit Nazzjonalista bi tħejjija għall-55 sena minn meta Malta kisbet l-Indipendenza u anke l-139 anniversarju mit-twaqqif tal-Partit.