Lokali Mużika

Il-Banda Beland iddoqq quddiem Papa Franġisku

Il-Banda Beland iddoqq fil-Vatikan

Kienu żgur mumenti li mhux se jinsewhom malajr il-bandisti tal-Banda Beland hekk kif dalgħodu kellhom l-opportunità li jtellgħu programm ta’ mużika Maltija fil-Vatikan quddiem udjenza mal-Qdusija Tiegħu, il-Papa Franġisku.

60 bandist bħalissa qed ittellghu programm mużikali f’Ruma u fil-Vatikan.

Ilbieraħ filgħaxija il-Maestro Ray Sciberras idderieġa lil Banda Beland Żejtun f’kunċert fil-Consevatorio di Musica Santa Cecilia. Dan hu post magħruf għall-eċċellenza fit-tagħlim tal-mużika f’Ruma u għalhekk din kienet esperjenza mill-isbaħ għal dawn il-bandisti.