Id-Delegati tal-FACE – European Federation for Hunting and Conservation, Joseph Perici Calascione u Lino Farrugia, rappreżentanti tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), bħalissa jinsabu Brussel, preċiżament fil-Parlament Ewropew, fejn, flimkien mad-Delegati tal-pajjiżi l-oħra ukoll membri tal-FACE, qegħdin jiltaqgħu mall-Ewroparlamentari ta’ kull pajjiż rispettiv sabiex jerġa jitwaqqaf l-“Intergroup tal-Kaċċa” fl-istess Parlament.
Waqt li jkunu Brussel, id-Delegati Maltin se jieħdu sehem fl-Assembleja Ġenerali u l-laqgħa tal-Bord tal-FACE.
L-MEP Roberta Metsola ltagħet mar-rappreżentanti tal-FKNK qabel dan l-avveniment.
//= $special ?>