Kien għall-ħabta tal-10.40 a.m. li l-Imħallef Giovanni Griscti temm l-indirizz tiegħu lill–ġurati biex bagħthom jiddeliberaw fil-ġuri dwar stupru li ilu għaddejn ġimgħa, fejn żewġt irġiel jinsabu akkużati b’dan ir-reat fil-konfront ta’ mara Taljana. Dan il-ġuri nstema’ kollu bil-magħluq fuq talba tad-Difiża bi qbil mal-Prosekuzzjoni u dan minħabba n-natura tal-każ.
L-Imħallef Griscti, li beda l-indirizz tiegħu lill-ġurati l-bieraħ filgħodu, u li temmu dalgħodu. Emmanuel Ngumezi, Niġerjan ta’ 39 sena u Seydon Bandango ta’ 38 sena, minn Burkina Faso qegħdin jiġu akkużati li ħatfu mara Taljana mill-bajja ta’ San Ġorġ, daħluha f’karozza u saqu lejn Pembroke u allegatament stuprawha.
Huma qegħdin jiġu akkużati kemm bi stupru kif ukoll li żammew persuna kontra l-volontà tagħha. L-Imħallef Griscti kien beda l-indirizz tiegħu l-bieraħ għall-ħabta tal-11.30 a.m. u wara waqfa għal ikel, kompla fit-3.00 p.m. u baqa’ sejjer sas-6.00 p.m.
Fl-indirizz huwa fiehem lill-ġurati t-termini tal-liġi u dwar x’għandhom jiflu u jiskartaw. Wara li dalgħodu huwa għamel riassunt ta’ dak li qalilhom il-bieraħ, huwa bagħat lid-disa’ ġurati, sitt irġiel u tliet nisa biex jiddelibaraw il-każ, bil-verdett mistenni f’xi ħin wara nofs inhar jew aktar tard filgħaxija. Imbagħad l-Imħallef jaġixxi skont il-verdett.
Skont rapporti fuq kif ġara l-każ, il-Pulizija kienu marru fuq il-post wara li sar rapport u sabu tfajla titlob għall-għajnuna b’raġel bla ħwejjeġ minn qaddu ‘l isfel f’karozza, kif ukoll raġel ieħor barra li ħarab u nqabad aktar tard. Kien ingħad ukoll li kien hemm min sema’ lit-tfajla tgħajjat għal għajnuna.
Ta’ min jgħid ukoll li s-Sibt li għadda l-Qorti baqgħet għaddejja tisma’ x-xhieda dwar il-każ fejn bdew fid-9.00 a.m u baqgħu sejrin sal-5.00 p.m.
Sadanittant wieħed mill-akkużati, Emmanuel Ngumezi twieled in-Niġerija iżda llum għandu passaport Malti għax ilu jgħix f’dawn il-Gżejjer għal dawn l-aħħar 20 sena.
L-avukati Anne Marie Cutajar u Nadia Attard qed jidhru għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-avukati Charmaine Cherrett qed tidher għan-Niġerjan u Simon Micallef Stafrace qed jidher għar-raġel mill-Burkina Faso. L-Avukat Arthur Azzopari qed jidher għall-parte civile. L-Imħallef Giovanni Grixti qed imexxi dan il-ġuri.
Il-Prosekuzzjoni li qed tmexxi l-ġuri taż-żewġt irġiel għalqet il-provi tagħha biex bid-difiża tirribatti għalih, aktar qabel xehdet l-allegata vittma li sarulha diversi mistoqsijiet pertinenti mid-difiża.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-ġuri qed titmexxa mill-Avukati Anne Marie Cutajar u Nadia Attard mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali waqt li l-Avukati Simon Micallef Stafrace u Charmaine Cherrett qed jiddefendu lill-akkużati.
L-Avukat Arthur Azzopardi qed jidher bħala r-rappreżentant legali tal-familja tat-Taljana rigward dan il-każ li kien investigat mill-Ispetturi Trevor Micallef u Elton Taliana.
//= $special ?>