Internazzjonali

Illum 18-il sena mill-attakki ta’ 9/11

Illum jaħbat it-18-il anniversarju mill-attakki ta’ 9/11 fuq it-Twin Towers fl-Istati Uniti.

Fil-11 ta’ Settembru tal-2001, 19-il terrorist li kienu membri tal-grupp al-Qaeda, ħatfu erba’ ajruplani kummerċjali.

F’attakk kkoordinat, intenzjonalment tajru tnejn mill-ajruplani lejn it-Torrijiet Ġemellati taċ-Ċentru tal-Kummerċ Dinji, u terz fil-Pentagon.

Kif semgħu b’dan, dakinhar, il-passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġ fuq ir-raba’ ajruplan kienu nedew kontrattakk, li xprunaw il-bdot li ħataf l-imsemmi ajruplan biex niżlu f’għalqa f’Pennsylvania.

Kważi 3,000 persuna nqatlu preċiżament 18-il sena ilu, l-akbar telf ta’ ħajja li rriżulta minn attakk barrani fuq art Amerikana.