Il-PN qed jorganizza attivita ta’ għoti tad-demm u reġistrazzjoni tal-organi b’rabta maċ-ċelebrazzjonijiet tal-55 sena anniversarju minn Malta Indipendenti.
Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru, barra d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista wieħed ikun jista’ jagħti donazzjoni tad-demm kif ukoll fl-istudios ta’ Net FM wieħed jista’ jagħmel reġistrazzjoni tal-organi tiegħu. Dawn l-attivitajiet ser ikunu miftuħa għall-pubbliku mit-8 ta’ filgħodu sas 1.30 ta’ wara nofsinhar.
NET NEWS tkellem ma’ Tony Micallef, illi spjegalna l-importanza ta’ attivita’ bħal din.
Tony Micallef wassal appell lill-pubbliku sabiex jattendi għal din l-attivita
Tkellimna ukoll ma’ Ġina Bugeja li spjegatilna is-sodisfazzjon li tħoss hi li ilha tagħti donazzjoni tad-demm għal aktar minn 50 darba.
Barra minn hekk, fl-istess ħin tal-għoti tad-demm, ser ikun hemm reġistrazzjoni tal-organi. Joe Bonello kellimna dwar din l-inizjattiva.
Permezz ta’ donazzjoni tad-demm u reġistrazzjoni tal-organi, wieħed ikun qed jagħmel gest ta’ altruwizmu li ma jiswiex flus ….iżda jiswa’ l-ħajja.
//= $special ?>