Is-sospensjoni tal-Parlament Ingliż li ġiet ordnata mill-Prim Ministru Boris Johnson mhix konfermi mal-liġi. Dan ġie deċiż dalgħodu minn tliet Imħallfin fil-Qorti Superjuri tal-Iskozja, illi fl-analiżi tagħhom ikkonkludew li dan kien tentattiv ta’ Johnson biex b’mod mhux korrett jimblokka l-Parlament.
Il-ġimgħa li għaddiet il-Court of Session kienet qalet li deċiżjoni ta’ dan it-tip mhix kompitu ta’ qorti imma hi materja tal-politiku.
Iżda issa din id-deċiżjoni inqalbet mill-Qorti Superjuri…għalkemm is-sospensjoni tal-Parlament mhux se tiġi revokata b’mod immedjat. Dan għaliex il-Qorti Suprema trid terġa’ titratta dan il-każ il-ġimgħa d-dieħla.
Hu mifhum li nhar it-Tlieta se jkun hemm seduta sħiħa fil-Qorti bil-possibilta’ li jinħareġ digriet finali li jigwida lill-House of Commons.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>