Formula 1 Sport

Michael Schumacher jinsab “konxju” wara terapija fi sptar f’Pariġi

Michael Schumacher jinsab konxju. Dan ħareġ wara li l-eks sewwieq tal-Formula 1, idaħħal l-isptar f’Pariġi għal trattament ġdid.

Iċ-champion tad-dinja seba’ darbiet, li f’Jannar li ġej jagħlaq 51 sena, ilu ma jidher fil-pubbliku mindu kellu inċident ikrah waqt li kien qed jiskijja fl-Alpi Franċiżi aktar minn ħames snin ilu.

Il-kundizzjoni tiegħu baqgħet waħda sigrieta u l-familjari ftit li xejn riedu jikkumentaw madankollu rapporti kkonfermaw li t-trattament li ngħata t-Tnejn li għadda, kien wieħed f’qalbu.