Il-kowċ tal-Bożnija Robert Prosinecki rtira r-riżenja tiegħu wara li l-assoċjazzjoni talbitu biex jibqa’ fit-tmexxija tat-tim. Il-Bord Eżekuttiv sostna li jagħti s-sapport sħiħ lil Prosinecki biex jibqa’ fit-tmexxija tat-tim sa tmiem il-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew, skont il-kuntratt.
Huma komplew l-istqarrija tagħhom fejn qalu li jinsabu ċerti li bidla fil-kowċ issa mhux se tħalli effett pożittiv, filwaqt li saħqu li l-kwalifikazzjoni tagħhom għall-fażi finali għadha realistika.
Prosinecki qal li kien se jirriżenja wara t-telfa tal-Ħadd li għadda kontra l-Armenja 4-2. Hu qal li kienet deċiżjoni diffiċli li jmur lura minn kelmtu għaliex qal li jipprova jżomm mad-deċiżjonijiet f’ħajtu.
Din it-telfa ħalliet lill-Bożnija fir-raba’ post ta’ Grupp J b’seba’ punti minn sitt logħbiet. Il-Finlandja tinsab fit-tieni post bi 12-il punt filwaqt li l-Armenja għandha disa’ punti. Il-Bożnija għadha tista’ tavvanza mill-UEFA Nations League.
Prosinecki li għandu 50 sena, rebaħ it-Tazza Ewropea fl-1991 ma’ Red Star Belgrade u kien parti mill-iskwadra tal-Kroazja li spiċċat it-tielet fit-Tazza tad-Dinja tal-1998.
//= $special ?>