Għall-ħabta tal-4pm, tliet persuni nqabdu jipprovaw jaċċessaw residenza fi Triq il-Kaless, Birkirkara.
Il-Pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun u dawk parti mill-RIU marru minnufih fuq il-post, iċċerkondaw ir-residenza u daħlu ġewwa, hemmhekk sabu tliet irġiel ta’ nazzjonalità barranija li ġew arrestati u qed jgħinu lill-Pulizija fl-investigazzjoni.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Frendo Dimech li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>