Seydon Bandango ta’ 38 sena, minn Burkina Faso instab ħati li f’Lulju tal-2016 huwa stupra mara Taljana f’Pembroke u li wettaq attentat vjolenti fuq il-pudur tagħha. Sadanittant Emmanuel Ngumezi, Niġerjan ta’ 39 sena, li kien qed jifaċċa l-istess akkużi ġie lliberat li kkommetta l-istess reat meta kien fil-kumpanija ta’ Bandango.
Iż-żewġ irġiel instabu ħatja li żammew lill-mara Taljan kontra l-volontà tagħha, ta’ arrest illegali u li kkaġunawlha ġrieħi ħfief. Dan il-verdett ħoloq xi ftit ta’ battibekki minħabba ħafna qiesuh bħala wieħed stramb għall-aħħar.
Madankollu jidher li l-verdett huwa wieħed legalment fin-normi tal-liġi. Il-Ħamis filgħodu għall-ħabta tal-11.00 a.m l-Imħallef Giovanni Griscti mistenni jagħti s-sentenza fil-konfront taż-żewġt irġiel bin-Niġerjan jingħata sentenza aktar lenjanti. Mhux eskluż li jsir xi forma ta’ appell mill-partijiet.
Kien qed jingħad li dan il-każ seta’ kien każ ta’ ‘mistrial’, li seta’ jkun każ li l-proċess jerġa’ jibda mill-bidu, imma jidher li dan ma kienx il-każ. Wara aktar minn ħames sigħat ta’ deliberazzjoni l-ġurati ħarġu b’verdett li jpoġġi lil Emmanuel Ngumezi mhux ħati li kkommetta stupru vjolenti filwaqt li Seydon Bandango minn Burkina Faso instab ħati ta’ dan.
Dan kollu fuq akkużi li huma stupraw mara Taljana wara li ħatfuha mill-bajja ta’ San Ġorġ, daħluha f’karozza u saqu lejn Pembroke u stuprawha, hemmhekk, skont l-akkuża maħruġa mill-Avukat Ġenerali.
L-avukati Anne Marie Cutajar u Nadia Attard qed jidhru għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-avukati Charmaine Cherrett qed tidher għan-Niġerjan u Simon Micallef Stafrace qed jidher għar-raġel mill-Burkina Faso. L-Avukat Arthur Azzopari qed jidher għall-parte civile. Il-każ kien investigat mill-Ispetturi Trevor Micallef u Elton Taliana.
//= $special ?>