Raġel mill-Burkina Faso ġie kkundannat 20 sena ħabs wara li fil-ġuri li ġie fi tmiemu din il-ġimgħa nstab ħati b’verdett mill-gurati. Sieħbu li kien miegħu ingħata sentenza ta’ 5 snin u xahar ħabs minħabba l-fatt li ma nstabx ħati ta’ stupru – iżda ħati ta’ atti indiċenti u li żamm lill-vittma kontra l-volonta tagħha.
L-istess Ngumezi se joħroġ mill-ħabs madwar xahrejn oħra minħabba li diġa skonta l-piena meta kien taħt arrest preventiv. Seydon Bandango, li għandu 38 sena, instab ħati li f’Lulju tal-2016 stupra mara Taljana f’Pembroke u li wettaq attentat vjolenti fuq il-pudur tagħha.
Emmanuel Ngumezi, Nigerjan ta’ 39 sena, li kien qed jifaċċa l-istess akkużi ġie lliberat li kkommetta stupru meta kien fil-kumpanija ta’ Bandango. Dan il-verdett kien ħoloq xi ftit ta’ battibekki minħabba li ħafna qiesuh bħala wieħed stramb għall-aħħar. Madankollu jidher li l-verdett huwa wieħed legalment fin-normi tal-ligi.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ tmexxew mill-ispetturi Trevor Micallef u Elton Taliana. L-avukati Anne Marie Cutajar u Nadia Attard mil-Ufficcju tal-Avukat Generali mexxew il-prosekuzzjoni.
L-avukat Charmaine Cherrett dehret għal Ngumezi filwaqt li l-avukat Simon Micallef Stafrace deher għal Bandango. L-avukat Arthur Azzopardi deher bħala parte civile għall-vittma.
//= $special ?>