Lokali

Bjorn Formosa jerġa’ jiddaħħal l-isptar

Fuq il-paġna tiegħu ta’ facebook, Bjorn Formosa kiteb li kellu jiddaħħal l-isptar b’urġenza u li se tkun qed ssirlu operazzjoni maġġuri

Minkejja li ddaħħal l-isptar, huwa kiteb dwar l-importanza biex ikomplu jinġabru aktar fondi sabiex tkun tista’ tinfetaħ dar oħra għall-pazjenti li jbatu minn ALS .

Wieħed jista’ jagħmel donazzjoni billi jibgħat sms fuq 50618936 għal donazzjoni ta’ €6.99 , permezz ta’ Revolut fuq 79209420 jew inkella jċempel fuq 51002017 għal donazzjoni ta’ €20