Lokali

Id-donazzjonijiet tal-funeral se jingħataw lil Puttinu

Nhar is-Sibt li ġej fid-9am fil-Parroċċa ta’ San Ġiljan se tingħata l-aħħar tislima liċ-ċkejkna Enrica. Għall-funeral ta’ Enrica, il-pubbliku huwa mitlub jilbes ħwejjeġ ikkuluriti.

Kien ġimgħa ilu meta Enrica Mifsud Bonnici tilfet il-battalja kontra l-marda qerrieda tal-kanċer, fl-età tenera ta’ 13-il sena. Fil-fatt hi mietet fir-Renju Unit fejn kienet qed tirċievi l-kura.

Fuq Facebook il-ġenituri ta’ Enrica qalu li l-flus li se jinġabru waqt il-quddiesa se jingħataw bħala donazzjoni lil Puttinu Cares.