“Preferejna immutu milli mmorru lura l-Libja”. Din kienet l-istqarrija li għamlu mal-Pulizija t-tliet immigranti li jinsabu akkużati b’terroriżmu u li ħatfu l-bastiment merkantili El Hiblu f’Marzu li għadda. Dan hekk kif fil-Qorti kompla jinstema’ l-każ kontra t-tliet żgħażagħ.
Fil-Qorti il-Hamis ġew preżentati l-għodda li intużaw mill-immigranti biex allegatament għeddew lill-membri tal-ekwipaġġ tal-El Hiblu – vapur li eventwalment kien spiċċa baħħar lejn Malta.
Meta sehh il-kaz…l-Forzi Armati kienu talbu lit-tanker idawwar ir-rotta. Iżda l-kaptan baqa’ jinsisti li m’għandux kontroll tal-bastiment u kien imġiegħel jibdel ir-rotta minn Tripli lejn Malta.
Il-każ se jkompli fl-24 ta’ Ottubru li ġej.
Sa issa għad hemm dubji serji dwar kemm hija realistika jew eżaġerata l-akkuża ta’ terroriżmu fil-konfront ta’ dawn iż-żgħażagħ, u dwar dan tkellem ukoll l-uffiċċju tal-UNHCR.
L-avukati Cedric Mifsud, Neil Falzon u Gianluca Cappitta qed jidhru għall-immigranti li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn 15 u 19-il sena.In-Nazzjonijiet Uniti insistew mal-awtoritajiet Maltin biex jiżguraw u jirrispettaw id-drittijiet tagħhom bħala minuri.
//= $special ?>