Il-ġgant tat-teknoloġija Facebook qed tkun imwissija li l-munita diġitali li se tkun qed tniedi tista’ ma tkunx aċċettata fl-Unjoni Ewropea. Dan hekk kif għadu qawwi t-tħassib li din il-munita tista’ tnaqqas mill-istabbiltà tas-suq finanzjarju internazzjonali.
L-idea li Facebook iniedi l-cryptocurrency tiegħu – Libra – kienet żvelata aktar kmieni f’dan is-Sajf, bil-pjan hu li din tkun imnedija f’nofs is-sena 2020. Iżda l-Ministru Franċiż tal-Finanzi Bruno Le Maire qal li l-Libra tista’ ma tkunx aċċettata fl-Ewropa qabel ma jkun ikkjarifikat it-tħassib li jeżisti.
//= $special ?>