“Il-Partit Nazzjonalista mhux se jippermetti li l-biedja tagħna tfalli iżda jrid li jsaħħaħ dan is-settur biex pajjiżna ma jispiċċax jiddependi kompletament mill-ikel impurtat.”
Hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta kien qed jindirizza attività politika għar-residenti tas-seba’ distrett elettorali, bħala parti mill-festi tal-Indipendenza organizzati mill-PN.
Hu tkellem dwar statistika inkwetanti ferm tal-biedja f’Malta, li naqset bi kważi 4% filwaqt li l-ispejjeż żdiedu b’6%. Huwa stmat fil-fatt li qed nimportaw 70% ta’ dak li nieklu min barra minn Malta. Dan meta l-popolazzjoni kibret b’25% fl-aħħar sitt snin, il-produzzjoni ta’ ħxejjex, frott u laħam mill-bdiewa u r-raħħala Maltin dejjem qed tonqos.
Adrian Delia qal li dan mhux normali u mhux aċċettabbli, u qal li l-PN kien ippropona proposti konkreti biex inqajmu l-biedja Maltija fejn jingħataw l-għodda lill-bdiewa u r-raħħala li jkunu jistghu jikkompetu ahjar.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-PN mhux se jippermetti li l-biedja tagħna tfalli u għalhekk tressqu dawn il-proposti konkreti, u se nibqgħu inkunu l-vuċi ta’ bdiewa, s-sajjieda u raħħala – għax il-PN jimpurtah minn dan is-settur.
Adrian Delia qal ukoll li matul dawn l-aħħar xhur ma kienx hemm settur wieħed li ma smajna xejn dwaru. Dan b’sensiela ta’ rapporti internazzjonli u Ewropej li qegħdin jikkundannaw lill-Gvern bil-mod kif qed jgħarraq setturi differenti fosthom ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna, l-aħħar wieħed tal-Moneyval. Huwa qal li n-nuqqas ta’ azzjoni mill-Gvern qed tipperikola setturi li huma importanti għall-ekonomija tagħna bħalma huwa s-settur tas-servizzi finanzjarji li joffri x-xogħol lil eluf ta’ professjonisti u żgħażagħ.
//= $special ?>