Kunsilli Lokali Lokali

Is-Sindku Laburista tipprova twaħħal f’ħaddieħor għan-nuqqasijiet tagħha fil-ġbir tal-iskart fil-Mosta

F’paniku biex tgħatti xtura wara clean up organizzata mill-Partit Nazzjonalista biex inaddaf il-ħmieġ kbir li hemm fil-Mosta, s-Sindku Laburista Romilda Baldacchino Zarb ivvintat storja fuq facebook li l-iskart li nġabar fil-clean up tħalla fil-post.

Dan mhux minnu.

Fil-fatt l-iskart inġabar dakinhar u dak li rreferiet għalih is-sindku Laburista kien skart goff li kien ilha aktar minn xahar tirċievi rapporti dwaru u li hi stess wegħdet li kellu jinġabar mill-Kunsill stess fl-14 t’Awwissu. Sal-llum stess dan l-iskart baqa’ ma nġabarx. Xhieda ta inkompetenza mis-sindku Laburista.



Għal dan il-għan illum stess il-Partit azzjonlista reġa’ bgħat in-nies tiegħu fuq il-post u għal darboħra ġabar skart mill-Mosta wara li s-sindku baqgħet twiegħed li tnaddaf imma naqset milli tieħu azzjoni. 

Korrispondenza tal-Kunsillier Nazzjonalista Joseph Gatt filfatt turi li l-Kunsill kien ikkonferma li kellu jiġbor skart goff irrappurtat fl-14 ta’ Awwissu, iżda l-Kunsill naqas li jagħmel dan, u l-iskart baqa’ fejn kien.

L-iskart filfatt kien ġie rrappurtat lill-Kunsill kemm fis-7 kif ukoll fit-13 t’Awwissu, bil-Kunsill iwieġeb li l-iskart kien skedat għall-ġbir ‘l għada. Ġbir li ma seħħ qatt mill-Kunsill Laburista tal-Mosta mmexxi minn Romilda Baldacchino Zarb

Ikkummenta