Kim Clijsters rebbieħa ta’ erba’ titli Grand Slam fil-karriera tagħha qed tippjana li tirritorna għal-logħob. Il-Belġjana omm ta’ tlett itfal kienet irtirat wara l-Open tal-istati Uniti ta’ seba’ snin ilu, iżda issa jidher li tixtieq tirritorna għall-kompetizzjonijiet internazzjonali.
Clijsters li għandha 36 sena kienet bdiet il-karriera professjonali tagħha fl-1997 u għaxar snin wara kienet waqfet mill-attivita. Hi kienet irritornat 26 xahar wara u anki rebħet l-Open tal-Istati Uniti tas-sena 2009, biex saret l-ewwel omm sa mill-1980, li rebħet tournament Grand Slam.
Qabilha kienet Evonne Goolagong li għamlet dan meta rebħet Wimbledon fl-1980.
Wara s-suċċess li kisbet fl-Open tal-Istati Uniti tas-sena 2010, Clijsters rebħet ukoll l-Open tal-Awstralja fis-sena 2011 biex reġgħet telgħet fl-ewwel post tar-rankings dinjija.
F’intervista li tat lit-WTA, Clijsters qalet li tixtieq tirritorna l-iktar biex tara jekk hi fiżikament tiflaħx għar-ritorn f’kompetizzjonijiet tal-ogħla livell.