Internazzjonali

Miżura fil-konfront tal-immigrazzjoni approvata mill-Qorti Suprema Amerikana

Il-Qorti Suprema Amerikana approvat miżura mbuttata mill-President Donald Trump li biha anqas immigranti mill-Amerika Ċentrali huma mistennija jfittxu ażil fl-Istati Uniti.

Dan wara li l-Gvern irid li immigranti fi triqthom lejn l-Istati Uniti għandhom l-ewwel ifittxu ażil f’pajjiżi oħrajn li jgħaddu minnhom qabel. U dawk l-immigranti li ma jagħmlux hekk, ma jkollhomx dritt ifittxu ażil fl-Istati Uniti.