It-tim Malti Mr Whippy Racing Team rebaħ il-klassi Top Methanol Dragster minkejja diversi diffikultajiet. Determinanti kienet ix-xogħol kbir li sa fl-aħħar biex fil-finali t-tim għamel ġirja impressjonanti ta’ 5.303 sekondi, b’veloċità ta’ 268 mil fis-siegħa biex rebaħ il-klassi.
It-tim kien fiċ-ċirkwit ta’ Santa Pod bis-sewwieqa Matthew Carabott u Monty Bugeja. Carabott li kiseb il-liċenzja tat-trakka aktar kmieni din is-sena, tilef l-ewwel żewġ ġirjiet ta’ prova l-Erbgħa u għalhekk l-avventura tiegħu ntemmet hemm.
Monty Bugeja tilef l-ewwel żewġ rawnds ta’ kwalifikazzjoni nhar il-Ġimgħa minħabba problemi fil-magna. Dan segwa problemi wkoll fit-transmission, b’konsegwenza li l-karozza bdiet taqla’ fuq it-tieni gear. Dan sakemm saret il-ħidma neċessarja biex setgħet issir il-ġirja.
It-tim l-ieħor f’Santa Pod kien it-tim ta’ Glenn Borg. Hu kkompeta biss fit-tliet rawnds minn ħamsa li kien hemm fil-Kampjonat Ewropew tal-FIM. Minkejja n-nuqqas ta’ żewġ rawnds, Borg spiċċa fir-raba’ post fl-akbar klassi tal-kampjonat. It-tliet sewwieqa li għelbu lil Borg kienu l-uniċi sewwieqa li kkompetew fil-ħames avvenimenti kollha.
//= $special ?>