L-Oppozizzjoni tieħu nota tar-rapport ppubblikat illum mill-Moneyval.
Il-PN fi stqarrija qal illi fil-ġranet li ġejjien, l-Oppożizzjoni se tkun qed tagħti reazzjoni dettaljata għal dan ir-rapport, iżda b’mod immedjat l-Oppożizzjoni trid tirrimarka li:
- Il-Gvern, bil-mod kif dgħajjef l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna, poġġa f’riskju serju s-settur tas-servizzi finanzjarji, li jipprovdi xogħol għal-eluf ta’ professjonisti u żgħażagħ.
- Il-Gvern, kien avżat min qabel li kienu ġejjien esperti sabiex iħejju dan ir-rapport imma għamel ftit li xejn biex jindirizza l-problemi serji li kien u għad hawn fl-infurzar tal-liġijiet ta’ kontra l-ħasil tal-flus.
- Dan ir-rapport jirrileva n-nuqqas ta’ ħeġġa biex jintemmu investigazzjonijiet dwar high profile cases, każijiet ta’ korruzzjoni u ħasil ta’ flus li jinvolvu nies qrib il-Gvern. Dwar dan ir-rapport jghid hekk:
“In light of this, the assessment team is not convinced that the law enforcement authorities are currently in a position to effectively and in a timely manner investigate (and, if appropriate, prosecute) such high-level and complex cases, which could create within the wider public the perception that there may exist a culture of inactivity or impunity. In this respect, the assessment team notes that the NRA uses remarkably strong language as to the capacity in the Police to this effect, referring to the fact that staffing in the past had been clearly insufficient to cope with the extensive investigative commitments and that the lack of adequate resources appeared to be the main reason for the growing sense of helplessness among the officers concerned.”
L-Oppożizzjoni qed tkompli tinsisti biex il-Gvern jassenja kull riżorsa li hemm bżonn biex dawn il-high profile cases jiġu investigati b’mod effettiv fl-iqsar żmien possibbli. Dan biex tiġi aċċertata l-indipendenza tal-investigazzjonijiet, u l-persuni nvoluti li huma f’pożizzjoni ta’ poter fil-Gvern għandhom jirreżenjaw minn kull kariga pubblika.
L-istqarrija maħruġa mid-deputati Mario de Marco u Kristy Debono tgħid illi l-Gvern għandu juri biċ-ċar u mill-ewwel li qiegħed jieħu din il-materja bis-serjetà kollha li jistħoqqilha u mhux jara biss kif se jsewwi l-ħsara fuq l-immaġini tiegħu.
//= $special ?>