Ġuvni Kolombjan ta’ 25 sena, tilef ħajtu traġikament wara li kien qed jgħum fl-Aħrax tal-Mellieħa
It-traġedja seħħet wara l-4.30pm meta t-tliet irġiel li bħalissa qedgħin f’pajjiżna biex jistudjaw l-Ingliż, niżlu jgħumu fl-Aħrax tal-Mellieħa.
It-Tliet irġiel sabu ruħhom f’diffikulta’ minħabba mewġ qawwi u pprovaw jitilgħu lura fuq l-art.
Tnejn mill-irġiel irnexxilhom iżda t-tielet żagħżugħ baqa’ jissielet sabiex jitla’.
Wieħed issalva mill-Forzi Armati ta’ Malta u Ġuvni Messikan ta’ 29 sena, iddendel mal-irdum biex isalva ħajtu. Iż-żewġ żgħażagħ ingħataw l-assistenza medika fuq il-post.
Ftit wara li bdiet tfittxija permezz ta’ lanċa tal-Forzi Armati, il-katavru intlemaħ u ttella’ l-art.
Il-Maġistrat Dorren Clarke qed tmexxi l-inkjesta. L-Ispettur Clayton Camilleri qed imexxi l-investigazzjonijiet.
//= $special ?>