Il-Forum Professjonisti tal-Partit Nazzjonalista jinnota bi tħassib serju r-Rapport Moneyval li issa ġie ppubblikat uffiċjalment. L-FPPN jinsab inkwetat u mħasseb li jara r-reputazzjoni ta’ Malta titfarrak
Barra minn hekk l-FPPN huwa mħasseb ħafna bil-prospett tal-blacklisting; liema azzjoni twassal b’mod effettiv it-tmiem ta’ Malta bħala ġurisdizzjoni tal-għażla għas-servizzi finanzjarji u l-igaming u twassal għal telf ta’ impjiegi massivi u tnaqqis ekonomiku mingħajr preċedenza.
L-FPPN jinnota li fir-Rapport tal-Moneyval il-kritika partikolari kienet immirata lejn il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
L-FPPN jinnota wkoll li din mhux l-ewwel darba li l-Korp tal-Pulizija Malti taħt l-amministrazzjoni preżenti ġie mmarkat internazzjonalment bħala xhud ewlieni fl-istat tad-dritt f’Malta.
L-istess grupp huwa mħasseb ħafna li minkejja l-fatt li l-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta għamlet il-Korp ta’ fama b’responsabbiltà, l-ebda persuna ma saret responsabbli.
//= $special ?>