Ritratti li qed iduru fuq il-media soċjali juru s-sitwazzjoni insapportabbli li qed jaffaċjaw ta’ kuljum diversi sewwieqa fit-toroq Maltin, li għal ħin twil qed jinqabdu fit-traffiku.
Nies illi tkellmu ma’ Net News irrimarkaw il-fatt illi anke fit-toroq li twessgħu b’tant pompa mill-Ministru Ian Borg qed ikun hemm konġestjonijiet enormi ta’ karozzi – kważi f’kull ħin tal-ġurnata.
Fost id-diversi kummenti ma naqsux ukoll rimarki dwar il-fatt li sa issa għadna fil-perijodu meta t-tfal ma bdewx is-sena skolastika tagħhom u l-ġenn tal-attivitajiet. “X’se jiġri issa la tibda l-iskola?”, ikkummenta wieħed mis-sewwieqa.
//= $special ?>