Athletic Bilbao u Real Mallorca t-tnejn fallew penalty lejn it-tmiem u kellhom jikkuntentaw b’punt fi draw ta’mingħajr gowls. B’hekk Athletic Bilbao fallew iċ-ċans li jitilgħu momentarjament waħedhom fil-quċċata.
Mallorca li tilfu l-aħħar tliet konfronti preċedenti kontra Athletic Bilbao, kienu l-aktar tim attiv fil-logħba u setgħu anki skorjaw. Huma laqtu l-lasta b’xutt ta’ Salva Sevilla li ħabat mal-lasta fis-76 minuta u ħames minuti wara fallew penalty meta x-xutt ta’ Abdon għadda barra. B’hekk issa Mallorca naqsu li jiskorjaw fl-aħħar tliet logħbiet.
Athletic Bilbao laqtu l-mimduda fil-ħin miżjud iżda l-aħjar okkajoni waslet fl-istess ħin meta ngħataw penalty permezz tal-VAR minħabba li l-ballun ħabat ma’ id il-plejer ta’ Mallorca. Iżda x-xutt tal-veteran Aritz Aduriz ġie salvat minn Manolo Reina.
//= $special ?>