Tekken – Tip ta’ E-sport li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed isir popolari maż-żgħażagħ..
Fit- 8 ta’ Settembru li għadda, f’Milan ittella Tournament bl-isem ta’ Italian Tekken League, fejn f’din l-event intagħżlu 32 plejer minn madwar l-Ewropa kollha.
Il-Plejers għal dan it-tournament ġew magħżula permezz ta’ riżultati li jkunu ġabu f’tournaments ta’ livell Ewropew fl-Italja
Għall-ewwel darba, għal din il-kompetizzjoni intagħżel plejer Malti, Dylan Lee fejn finalment spiċċa fit-13 il-post – l-aktar pożizzjoni ogħlja li plejer Malti irnexxilu jġib f’din il-logħba f’tournament Ewropew
NET NEWS tkellem ma’ Dylan Lee fejn stqarr magħna li f’din il-kompetizzjoni kien hemm l-aqwa plejers tat-tekken minn kull pajjiż, fosthom l-Italja, l-Irlanda u Spanja
Dylan Lee ilu jikkompeti f’tournaments tat-tekken għal dawn l-aħħar 8 snin, filwaqt li għal dawn l-aħħar sentejn kien ikklassifikat mal-aqwa 3 plejers tat-tekken f’Malta
Dylan qiegħed fil- Visionary Iron Team li f’Malta huwa tim b’saħħtu fit-tekken, kemm bħala organizazzjoni kif ukoll bħala livell ta’ ħiliet fil-plejers.
