Sport Sport Ieħor

Gianluca Dingli bl-aħjar riżultat għat-tim tiegħu fir-Rok Cup fl-Italja

Is-sewwieq Malti tal-Go Kart Gianluca Dingli kien impenjat fil-Kampjonat Taljan Rok Cup f’Adria International Raceway. Il-problemi tekniċi u kundizzjonijiet ħżiena tat-temp għamluha aktar diffiċli għal Dingli.

Minkejja x-xita qawwija fit-tellieqa finali, Dingli rnexxielu jispiċċa fis-sitt post minn 12-il sewwieq li kkompeta u kien l-aqwa sewwieq mit-tim tiegħu Zanchi Motorsport. Din it-tellieqa serviet ukoll ta’ preparazzjoni għall-avveniment li jmiss hekk kif Dingli se jikkompeti fir-Rok Cup International World Finals. Dawn se jsiru fiċ-ċirkwit ta’ South Garda Karting f’Lonato l-Italja.