Budget 2020 Lokali

“Il-Gvern irid jindirizza diversi temi kruċjali” – il-Kamra tal-Kummerċ

Appell biex isir investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni, u li pajjiżna jkollu pjan sostennibbli għall-kompetizzjoni

“Malta tinsab fil-qiegħ nett fir-riċerka u l-innovazzjoni, u hemm il-ħtieġa li din tkun indirizzata mill-Gvern fil-budget li jmiss”.

Dan kien kliem il-President tal-Kamra tal-Kummerċ David Xuereb meta llum  ġew ippublikati il-proposti tal-istess Kamra dwar il-Budget 2020.

“L-ebda pajjiż ma tista tiżviluppa jekk dan is-settur ma jitteħidx bis-serjetà, hemm bżonn li jinħolqu l-inċentivi u tingħata aktar edukazzjoni biex l-imħuħ Maltin jikbru, b’hekk Malta tista’ tkun kompetittiva mad-dinja”

Il-kamra tal-Kummerċ tat ħarsa lejn sitt punti li jinkludu:

  1. Il-kompettività
  2. Transport
  3. Settur tal-Kera
  4. Servizzi Finanzjarji
  5. Kostruzzjoni
  6. Riċerka u Innovazzjoni

Intant il-Kamra tal-Kummerċ wriet it-tħassib tagħha fuq żidiet ta’ spejjeż fl-industrija u sostenibbilità tagħhom. Xuereb kompla li l-kompettività tal-pajjiż hija xi ħaġa essenzjali għall-ekonomija Maltija.

Il-Kamra tal-Kummerċ wriet ukoll it-tħassib tagħha dwar is-settur tal-kostruzzjoni, u hija mħassba li l-Gvern qed jaħdem fuq ir-regolarizazzjoni tas-settur wara numru ta’ diżastri. Fid-dawl ta’ dan il-Kamra sostniet li hi ma qablet xejn mal-aħħar liġi tal-Gvern, u li din il-liġi ma solviet xejn, fejn naqset milli tindirizza l-problemu fis-settur. Intant appellat lill-Gvern biex jagħti attenzjoni lill-proposti tal-istess kamra.

“Il-Gvern ħoloq liġi li ma solviet l-ebda kriżi, anzi għamlet l-oppost”

Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li hemm pajjiżna hemm bżonn ukoll li jkun hawn restawr tas-servizzji Finanzjarji hekk kif ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna ħadet daqqa ‘l isfel. Id-dokument infatti jindika li hemm il-ħtieġa li tkun implimentata l-istrateġija li tindirizza l-ħasil tal-flus u li tikkumbatti l-iffinanzjar tat-terrorżmu.

Fit-tnedija tad-dokumet, il-Kamra tal-Kummerċ tat ħarsa wkoll lejn it-transport fejn qalet li l-konġestjoni tat-traffiku f’pajjiżna tħalli riperkussjonijiet fuq kemm idum biex jasal il-prodott jew is-servizz. Hija proponiet li jkun hemm inċentivi għal promozzjoni biex ikun hemm aktar transport kollettiv mill-kumpaniji, u kif ukoll li jkun hemm aktar inċentivi fuq mobbiltà li tinkludi aktar minn persuna waħda.

Il-Kamra tal-Kummerċ tenniet li l-kompetizzjoni hija kruċjali f’kull settur. Hija infatti appellat biex ikun titjieb fis-sistema edukattiva fejn għalkemm l-istudenti li jiggradwaw ikunu ġabu dak mistħoqq, mhux jilħqu l-ħiliet mistennija mid-dinja tax-xogħol. Il-Kamra min-naħa tagħha appellat biex is-setturi jimxu aktar pari passu u li l-kapiċitajiet li l-persuna ġġib mit-tgħallim tkun tista’ toffrih anki fid-dinja tax-xogħol.