Sport Sport Ieħor

Jake Agius itemm it-tielet fid-disa’ avveniment ta’ Karting Sicilia

Is-sewwieq Malti tal-Go Kart Jake Agius spiċċa fit-tielet post waqt id-disa’ avveniment ta’ Karting Sicilia. L-avveniment sar f’Pista Sole Luna f’Vittoria fi Sqallija, b’Agius jieħu sehem għall-ewwel darba fuq din il-korsa. Dan għamilha ftit aktar diffiċli biex jambjenta ruħu u jkollu tellieqa perfetta.

Fis-semifinali, Jake Agius beda mis-seba’ post iżda avvanza mill-ewwel żewġ postijiet. Sal-finali, Agius laħaq dara l-korsa u kellu bidu tajjeb fejn qabeż żewġ kompetituri fl-ewwel kantuniera u ddefenda l-pożizzjoni fis-16-il dawra biex temm fit-tielet post.