Wara li fit-3 ta’ Settembru li għadda it-tfal ta’ Skola Sajf, b’kollaborazzjoni mal-kunsill tal-Gżira, żraw erba’ siġar, fl-aħħar sigħat tnejn minn dawn is-siġar sfaw misruqa minn ġnien fil-Gżira.
It-tfal kienu ġabru l-flus huma stess sabiex jinżraw dawn is-siġar, li magħhom tweħħlet tabella b’isem l-istudenti involuti f’dan l-avveniment.
Kemm it-tfal ta’ Skola Sajf, kif ukoll il-kunsill jinsab dispjaċjut għal dan l-aġir.
//= $special ?>