Il-favorit demokratiku għan-nomina tal-president tal-Amerika Joe Biden u r-rivali tiegħu Elizabeth Warren u Bernie Sanders ma qablux dwar it-triq il-quddiem tal-pajjiż fir-regward tas-saħħa fit-tielet dibattitu tal-partit.
Id-dibattitu fi Houston, Texas kien l-ewwel wieħed li fih t-tliet kandidati presidenzjali ffaċċjaw lil xulxin fuq il-palk.
L-għaxar Demokratiċi l-aktar msemmija għan-nomina kienu eliġibbli biex jieħdu sehem.
U kien l-eks-leġislatur ta’ Texas Beto O’Rourke li ġibed wħud mill-ikbar ċapċip tal-lejl b’ilment imqanqal dwar il-kontroll tal-pistoli.
Il-Viċi-President Amerika fi żmien Barack Obama, Biden, qed imexxi s-sondaġġi attwali b’marġini konsiderevoli mis-Senatur ta’ Massachusetts Warren u s-Senatur ta’ Vermont Sanders, fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.
//= $special ?>