Edukazzjoni Lokali

“Kemm hemm bżonn” – Evarist Bartolo jammetti li se jinġiebu aktar klassijiet-kontejners

Dahru mal-ħajt u se jkollu jġib aktar kontejners

“Kemm hemm bżonn” – hekk weġibna l-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo meta kien mistoqsi minn Net News kemm se jinġiebu klassijiet-kontejners f’pajjiżna

Viżibalment urtat mill-mistoqsijiet tagħna, u mill-kelma “kontejners” Evarist Bartolo ikkummenta hekk: “il-kontejners il-freeport issibhom”.

Izda ir-realta hi li din kienet konferma oħra li l-Gvern se jkompli jżid il-famuzi kontejners minflok il-klassijiet. Xiehda tan-nuqqas ta’ ppjanar għall-Edukazzjoni minn naħa tal-Gvern Laburista, fejn qed ikomplu jispikkaw miżuri temporanji u mgħaġġla biex jipprova jsolvi l-kriżi ta’ nuqqas ta’ spazju fl-iskejjel.

Infatti sorsi tagħna qalulna li x-xogħol fl-iskola tal-Qawra waqa’ lura u li l-kontejners huma l-unika soluzzjoni biex ikun hemm biżejjed spażju għall-istudenti.

Il-Gvern ilu sitt snin jkaxkar saqajh biex jibni skejjel ġodda. Kuntrarju għal qabel, meta Gvern Nazzjonalista kien jibni skola ġdida kull sena.