Barra d-Dar Ċentrali u fl-istudios ta’ NET FM saret inizjttiva ta’ għoti tad-demm u reġistrazzjoni tal-organi bħala parti mill-55 attività taċ-ċelebrazzjoni tal-55 sena mill-kisba tal-Indipendenza ta’ Malta.
Inizjattiva li għaliha attendew ħafna.

Tkellem magħna Robert Cutajar li ħa ħsieb l-organizazzjoni ta’ din l-inizjattiva fejn qalilna li fost il-55 attività il-valur tal-ħajja ma setax jitħalla barra.
Robert Cutajar qal li 27 persuna taw id-demm filwaqt li 55 persuna rreġistrat l-organi tagħhom biex b’hekk se jkun jistgħu jibbenifikaw madwar minn 150 persuna minn attività li ħadet madwar tliet sigħat.

Net News tkellem ma’ persuna li qabel din l-inizjattiva kien ta d-demm 100 darba… illum għaqqad il-101 fej saħaq magħna li hu ta’ sodisfazzjon kbir għalih li qed ikompli jagġmel dan il-ġest favur min vera għandu bżonn. Dan filwaqt li ħeġġeġ lil kulħadd biex jibda jagħmel bħalu.
Tkellimna wkoll ma waħda mill-infermiera preżenti dwar l-importanza tal-għoti tad-demm fejn qaltilna li persuna waħda, b’borża demm tista ssalva tliet persuni li jiġu fil-bżonn.
L-għoti tad-demm sar barra d-Dar Ċentrali filwaqt li r-reġistrazzjoni tal-organi saret fl-istudios ta’ NET FM fejn dawk li attendew setgħu wkoll jiltaqgħu mal-preżentaturi tal-istazzjon.

Dawk kollha li attendew u għenu f’din il-kawża ġusta ngħataw tifkira tal-okkażjoni.
