Lokali

Mit-30 ta’ Settembru – skeda ġdida għal NET TV u NET FM

Drama ġdida. Programm ġdid ta’ diskussjoni kuljum. L-analiżi tal-ġurnali. Magazine programme ġdid. Programmi ta’ divertiment, tisjir, kultura, dokumentarji, sports u ħafna aktar.

Mill-iskeda l-ġdida Net TV se jwassal żewġ produzzjonijiet ta’ drama kull nhar ta’ Tnejn u l-Ħamis. Dan hekk kif “Fattigi” tidħol fit-tieni staġun tagħha, bil-produzzjoni “Iż-Żagħka” tagħmel id-debutt tagħha fuq dan l-istazzjon.

Ma jonqsux ukoll il-programmi għall-familja kollha; LIFE&STYLE, LIFE&STYLE WEEKEND u l-programm il-ġdid ta’ wara nofsinhar FAMILY AFFAIR.

Fost l-aktar programmi mistennija hemm THE ENTAIRTAINERS li jixxandar is-Sibt filgħaxija, u AKILA li se jirritorna f’Jannar.

L-iskeda tinkludi l-programmi The Weds, Jekk Jogħġobkom, Acceler8, Meander, JienInt, Wheelspin, Wedding Plan, Flusek, u l-programmi l-ġodda Ħallelin tal-Baħar … u Fi Żmieni.

Fejn jidħol sports, Replay se jkompli jissaħħaħ bi programm ġdid bl-isem Replay Live Score. Filwaqt li l-programm Sports Extra se jibda jixxandar il-Ħadd fil-5pm.

Stennija wkoll għall-programm Be Our Guest, preżentat minn Dulcima Aquilina u x-chef Daniel Grech.

Bla dubju li skeda ġdida se tara t-tisħiħ tas-servizz tal-aħbarijiet, b’Net News iniedi jingles ġodda u kontenut aktar b’saħħtu. Wara l-aħbarijiet tas-6pm, mit-Tnejn sal-Ġimgħa jixxandar NET LIVE li issa daħal fir-raba’ staġun tiegħu … filwaqt li Louise Tedesco se tkun qed tippreżenta l-programm FID-DETTALL eżatt wara Net News tas-7:30pm.

Iżda d-diskussjoni ma tieqafx hawn. Nhar ta’ Tlieta jixxandar MAGĦKOM preżentat mill-avukat Roberta Bonello. Filwaqt illi l-Erbgħa jirritorna l-programm SORSI INFURMATI bi produzzjoni ta’ Stephanie Chircop u Joe Mikallef.

Apparti x-xogħol kollu li sar biex tfasslet l-iskeda, fis-Sajf sar ukoll investiment qawwi fl-istudios il-ġodda li jintużaw għall-programmi ta’ diskussjoni.

Fejn jidħol Net FM, anke hawn skeda b’saħħitha ħafna. Jirritorna Charles Saliba kuljum waranofsinhar. Jirritorna ukoll Idri bil-programm ‘Ngħiduha Kif Inhi’. U fil-Breakfast Show … stennija għal min se jkun jew tkun it-tielet preżentatur ma’ Stephanie u Dylon.

Dan apparti l-ismijiet li huma sinonimi ma’ Net FM – Marbeck Spiteri, Eileen Montesin, Dulcima, Martin, Mark Azzopardi u oħrajn.

Iż-żewġ skedi, kemm tat-televiżjoni u anke tar-radju, se jibdew it-Tnejn 30 ta’ Settembru.

Ritratti: Matthew Tabone