Lokali

PL vs PL: Il-battalja għal-leadership tiħrax

Il-gruppi rivali fi ħdan il-Partit Laburista qed iħarxu u jkabbru l-avvenimenti rispettivi tagħhom hekk kif kollox jindika li l-ismijiet prinċipali li jridu jieħdu s-siġġu ta’ Kastilja mhu jiddejqu xejn jimmobilizzaw lill-partitarji laburisti.

Din il-ġimgħa kien imiss lill-Ministru Ian Borg li jċaqlaq lin-nies tiegħu wara li f’survey intern li sar mil-Lejber, Borg ħareġ bħala wieħed mill-inqas favoriti. U allura, mal-ewwel beda b’kampanja qalila biex ilaqqa’ lin-nies tad-Distrett – fejn il-kelma qed tiġri li Ian Borg għandu kollox preparat biex jieħu f’idejh it-tmexxija tal-Partit Laburista.

L-avveniment ta’ Ian Borg sar ukoll ftit tal-jiem wara li l-Ministru Owen Bonnici kellu dak li ħafna sejjħu ‘show of force’ b’avveniment li sar f’Bighi u li fih ħareġ biċ-ċar li anke hu immobilizza lin-nies tiegħu. Is-sitwazzjoni ta’ Owen Bonnici hi waħda partikolari ħafna, għaliex fil-każ tiegħu ismu ftit li xejn issemma’ – iżda sorsi minn fost dawk li kienu għall-avveniment tiegħu qalulna li l-Ministru Bonnici “diġa’ għandu kollox lest għat-tellieqa tal-leadership”.

Skont il-ġurnal Times of Malta, l-istħarriġ intern tal-Partit Laburista jpoġġi lil Chris Fearne fil-‘pole position’, bl-MEP Laburista Miriam Dalli warajh. Isegwi l-Golden Boy ta’ Muscat, Konrad Mizzi, b’Ian Borg eżatt warajh, filwaqt li Robert Abela jidher ikaxkar lura.

L-avveniment li sar b’ħafna pompa f’Bighi