Rumen ta’ 31 sena kien ġie arrestat nhar l-Erbgħa filgħodu wara sejba ta’ madwar 6.5kg ta’ droga kannabis fil-karozza tiegħu tal-marka BMW X5, li kien għadu kemm jasal minn Pozzallo intbagħat il-ħabs wara li tressaq il-Qorti fuq il-każ.
Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga marret fuq il-post bil-klieb u waqqfet sitt karozzi, u dan wara li kienet infurmati mill-Uffiċjali tal-Infurzar tad-Dwana.
Skont il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Mark Anthony Mercieca, r-raġel Tiberiu-Mikhail Miculescu deher jaġixxi b’mod suspettuż, bil-karozza tiegħu tittieħed id-Depot fejn hemm fil-kompartament tal-karozza, instabu diversi boroż bil-pjanti tal-kannabis li kienu lesti għat-traffikar.
Il-Qorti laqgħet ukoll it-talba tal-Prosekuzzjoni biex jiġu ffriżati l-assi kollha tar-Rumen, ħlief għal kważi €14,000 fis-sena ta’ dħul li jista’ juża’ biex imantni lilu nniffus. Għalih deheret l-Avukat Charmaine Cherrett.
//= $special ?>