Il-Kunsill Lokal ta’ Ħal Balzan dalgħodu qam maħsud bl-aħbar li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu xi ħadd ħaraq il-Pride Flag li tella’ l-Kunsill Lokali għal Pride Week. Il-Kunsill ikkundanna bla riservi dan l-att ta’ min jistmerru, u għamel rapport lill-Pulizija sabiex dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja.
Is-Sindku Ian Spiteri stqarr illi jispera li min kien responsabbli għal dan “ma kellux intenzjoni ulterjuri minn att ta’ vandaliżmu!”
